L-attakkant ta’ 22 sena Alieu Darbo, li kien propjeta’ ta’ Mosta F.C., ħalla l-klabb u ssieħeb b’kuntratt ta’ sentejn ma’ Mouloudia F.C. fl-Ewwel Diviżjoni tal-Alġerija.
Wara dan it-trasferiment, Darbo sar l-iktar plejer mill-Gambja li jaqla’ paga. Minbarra li l-klabb ħallas is-somma mitluba minn Mosta, u paga b’saħħitha lill-plejer, il-klabb Alġerin tah anke’ karozza ġdida.
Fl-aħħar jiem siti fl-Italja saħansitra rrapurtaw li l-plejer kien qed jinteressa lil Udinese.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

