L-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet mhux Governattivi Għawdxin qeda ittella konferenza globali dwar Riċerka ta’ Kulturi fil-Gżejjer Żgħar, li tibqa sejra sal-25 ta’ Ġunju 2015 f’ Ghawdex.
Akkademiċi, studenti u riċerkaturi, kif ukoll managers li huma nteressati fil-qasam relatat ma’ gżejjer żgħar qed jattendu għal din il-Konferenza li se tagħti spazju lil dawk preżenti biex jagħtu sehemhom fid-dibattitu. L-għan ta’ din il-konferenza huwa l-iżvilupp u l-kura tal-lingwa, tal-letteratura, tal-mużika, taż-żfin, tal-folklor u ta’ kulturi fil-midja.
L-organizzatur ta’ din il-konferenza li huwa wkoll segretarju tal-Assoċċjazzjoni tal-Għaqdiet mhux Governattivi, Ryan Mercieca, qal li din hi l-ewwel darba li ser issir din il-konferenza li se tlaqqa’ akkademiċi u riċerkaturi minn madwar id-dinja biex jiġu diskussi punti li jolqtu gżejjer żgħar l-aktar Għawdex. Ryan Mercieca għalaq billi qal li din il-konferenza ser tkun qed toffri diversi idejat sabiex l-isifidi li jaffaċja għawdex jibdew jissolvu.
//= $special ?>