Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tlieta, 23 ta’ Ġunju.
IN-NAZZJON b’rapport dettaljat dwar dak li seħħ fil-Parlament ilbieraħ fejn il-Kap tal-Oppożizzjoni appella għar-riżenja ta’ Michael Falzon.
THE MALTA INDEPENDENT tirrapporta id-diskors ta’ Simon Busuttil fil-Parlament fejn sostna li baqa’ ixxukjat kif il-Gvern, quddiem l-iskandlu ta’ Gaffarena, qed jibqa’ għaddej qisu kollox normali.
THE TIMES OF MALTA tikkwota minn intervista li se tixxandar illejla fuq il-PBS waqt il-programm Times Talk, b’Michael Falzon jinsisti li m’għandux għalfejn iġorr ir-responsabbilta’ politika.
L-ORIZZONT jgħid li hemm xaqq ta’ dawl fil-kwistjoni tal-Greċja.
//= $special ?>
