Il-Partit Laburista jagħmel tentattiv legali ieħor biex ikompli jtawwal iż-żmien fil-kawża kostituzzjonali li l-PN ghamel kontra l-Kummissjoni Elettorali dwar żbalji li saru waqt l-għadd tal-voti fit-tmien u t-13-il distrett elettorali fl-aħħar elezzjoni ġenerali.
Il-każ qed jinstema quddiem l-Imħallef Lorraine Schembri Orland wara li l-Qorti Kostituzzjonali annullat is-sentenza mogħtija mill-Imħallef Jacqueline Padovani Grima u dan wara li sabet li l-Partit Laburista kellu interess fil-kawża u li għalhekk kellu jkun parti fil-kawża.
Madankollu, il-kawża li reġgħet bdiet tinstema’ mill-ġdid quddiem l-Imhallef Lorraine Schembri Orland kellha żvolta ġdida meta propju fil-jum li kellha tinstema il-kawża, il-Partit Laburista fetaħ kawża Kostituzzjonali ġdida quddiem il-Prim’Awla fejn qed jilmenta bid-deċiżjoni tagħħa fl-Appell, il-Qorti Kostituzzjonali kisret id-drittijiet fundamentali ta’ smiegħ xieraq tal-PL skont il-Konvenzjoni Ewropea.
Il-Partit Laburista qiegħed jitlob lill-Qorti biex tieqaf milli tisma il-każ li ressaq il-Partit Nazzjonalista dwar l-iżball tal-Kummissjoni Elettorali biex l-ewwel tistema’ il-kawża tal-Partit Laburista li qed jilmenta dwar ksur tad-drittijiet fondamentali tal-bniedem imwettqa mill-Qorti Kostituzzjonali.
F’Marzu 2013 il-PN ressaq kaz dwar żball li kien sar fl-għadd tal-voti fl-elezzjoni ġenerali 2013 waqt l-għadd tal-vot ta’ Għawdex u tat-timien distrett elettorali. Dan wara li, f’Għawdex, numru ta’ voti tal-kandidat Nazzjonalista Paul Buttigieg kienu intilfu biex flok kien elett Fredrick Azzopardi ġiet eletta l-kandidat Laburista Justyne Caruana.
Fil-każ tat-tmien distrett elettorali jiriżulta li pakkett ta’ 50 vot tal-kandidat Nazzjonalista Claudette Buttigieg tpoġġew bi żball mal-voti dubjużi bil-konsegwenza li kien elett il-kandidat Laburista Edward Scicluna.
Il-Qorti Kostituzzjonali kienet ordnat li quddiem dawn l-iżbalji, il-PN kellu jingħata ż-żewġ siġġijiet mitlufa minnu iżda l-Qorti tal-Appell kienet bidlet din id-deċiżjoni u qalet li l-każ kellu jerġa’ jinstema mill-bidu għaliex il-PL klelu jkun inkluż fil-proċeduri legali mill-bidu.
Preżenti fl-awla kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-PN Rosette Thake, id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg u l-kandidati Nazzjonalisti Fredrick Azzopardi u Edwin Vassallo.
L-Avukat Paul Borg Olivier li qed jidher ghall-PN qal li l-avukat tal-PL Toni Abela għażel li jippreżenta dan r-rikors issa bi strateġija u bi skop ċar li jtawwal il-proċeduri billi fetaħ kawza ġdida fuq sentenza mogħtija mill-għola Qorti f’Malta, il-Qorti Kostituzzjoniali.
//= $special ?>