Mijiet ta’ immigranti li qed jgħixu fl-apert qrib il-Port ta’ Calais, fi Franza, illum għamlu minn kollox biex jitilgħu fuq it-trakkijiet fi triqthom lejn ir-Renju Unit waqt strajk tal-ferry fl-inħawi.
Fl-eqqel tal-kaos, il-ħaddiema tal-kumpannija MyFerryLink imblukkaw il-Port u ċ-Channel Tunnel, fejn anke taw in-nar lir-roti. Fl-istess waqt, l-immigranti qed jippruvaw jieħdu l-opportunità biex jitilgħu fuq it-trakkijiet waqt li t-traffiku jkun għaddej bil-mod fl-inħawi.
Hu mifhum li f’Calais hemm mill-anqas 3,000 immigrant li jridu jaqsmu l-Kanal Ingliż, filwaqt li l-azzjoni tal-ħaddiema ma’ MyFerryLink mhijiex tippermetti li l-vapuri jidħlu jew joħorġu mill-Port.
Sadanittant, il-Eurotunnel kellu jnaqqas mis-servizzi tal-ferroviji, bil-kelliema jgħidu li l-kumpannija kienet qed tiffaċċja l-akbar ammont ta’ immigranti li qatt rat. L-istrajk tal-ferry kien mistenni jdum sa tard bil-lejl.
//= $special ?>