Matthew, illum ta’ 30 sena, min-Nofsinhar ta’ Wales, irid jgħatti 18-il tattoo li skont hu, kienu żball.
Meta kien ferm iżgħar, Matthew għamel 3 snin jaħdem fuq dgħajsa f’Ayia Napa f’Ċipru li fuqha kienu jsiru l-boat parties. Skont hu, lejl u nhar, sebat ijiem fil-ġimgħa għal 3 snin sħaħ.
Fuq id-dgħajsa kienu joffru l-alkoħol b’xejn u tattoos b’xejn u b’riżultat t’hekk għamel kemm-il waħda li llum jiddispjaċih tant li jrid ineħħihom.
L-istorja ta’ Matthew ixxandret fuq Channel 5 tar-Renju Unit fl-aħħar jiem, anke għaliex meta ż-żagħżugħ irritorna l-Ingilterra kompla bil-ħajja xellerata tiegħu tant li spiċċa vittma tad-droga mephedrone, b’vizzju li kien jeħodlu mal-£100 kuljum.
Sħabu rnexxielhom jgħinuh biex daħal f’komunità ta’ rijabilitazzjoni fejn mhux biss ħareġ mid-droga imma sab ukoll ir-reliġjon. Illum Matthew hu born again Christian u jrid jgħatti tattoos li jħammrulu wiċċu ma’ oħrajn li jixhdu l-konverżjoni tiegħu.
//= $special ?>