Jeħlisha ħafif xufier ta’ mutur wara li kien involut f’inċident fit-Triq tal-Balal f’San Ġwann, hekk kif kien fi triqtu fid-direzzjoni lejn in-Naxxar. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15pm.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei minħabba x-xokk li kellu, b’sorsi mill-Korp tal-Pulizija jgħidulna li jidher li ma ġarrabx ġrieħi gravi.
Jidher li minħabba l-inċident fl-inħawi nġabar ammont kbir ta’ traffiku.
//= $special ?>

