Internazzjonali

Jingħata ċitazzjoni għax kien qed isuq u jgerrem difrejh

Sewwieq ta’ karozza fi Spanja ngħata ċitazzjoni ta’ €80 wara li nqabad igerrem difrejh waqt li kien qed isuq.

Ir-raġel twaqqaf mill-Guardia Civil wara li deher jgħaddi minn quddiem speed cameras. Għalkemm iċ-ċitazzjoni nħarġitlu “għax kien qed isuq mingħajr libertà ta’ moviment kif suppost”, ir-raġel mhux suppost jitlef punti tas-sewqan u jista’ jiffranka nofsha jekk iħallas iċ-ċitazzjoni fi żmien 20 jum.

Mhux magħruf jekk ir-raġel hux se jappella miċ-ċitazzjoni mogħtija.