Futbol Sport

Joe Borg council member ġdid f’isem Ħamrun Spartans

Wara madwar 12-il sena fil-Kunsill tal-MFA, Victor Cassar mhux se jkun qed iservi bħala council member ta’ Ħamrun Spartans wara li kien elett PRO tal-klabb.

Il-council member il-ġdid ta’ Ħamrun se jkun Joe Borg li ikkontesta ukoll għall-kariga ta’ Segretarju tal-1st division standing committee u kien elett. Borg se jkun qed iservi għall-ewwel darba fl-eżekuttiv tal-MFA. Dan ifisser li Ħamrun se jibqgħu rappreżentati fl-eżekuttiv wara li f’dawn l-aħħar snin Cassar kien ukoll qed iservi fl-istess kumitat.

Intant il-President il-ġdid tal-1st division standing committee se jkun il-President ta’ Melita, Paul Zammit li għeleb l-isfida ta’ Michael Cutajar ta’ St. George’s. Zammit ukoll se jkun qed iservi fl-eżekuttiv tal-MFA.

Cutajar xorta għadu biċ-ċans li jista’ jikkontesta għal post fl-eżekuttiv tal-MFA kemm il-darba jikkontesta għall-postijiet vakanti fl-eżekuttiv barra mill-1st division standing committee.

Ritratt: Joe Borg, il-council member il-ġdid ta’ Ħamrun, segretarju tal-1st division standing committee u membru fl-eżekuttiv tal-MFA.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).