Internazzjonali

L-Awstralja se tneħħi ċ-ċittadinanza għar-residenti involuti fit-terroriżmu

L-Awstralja għandha tintroduċi liġijiet ġodda li jirtiraw id-dritt taċ-ċittadinanza għar-residenti b’nazzjonalità doppja li jinqabdu b’sehem fit-terroriżmu.

Il-Gvern Awstraljan qal li jrid jaċċerta li l-militanti ta’ nazzjonalità doppja li qed jiġġieldu f’ġiħad lil hinn minn pajjiżu, ma jkunux jistgħu jirritornaw l-Awstralja. Il-liġijiet ġodda għandhom ukoll ineħħu ċ-ċittadinanza tad-dual nationals li jinvolu ruħhom f’atti terroristiċi fit-territorji Awstraljani.

Kelliema għall-Gvern qalu li l-bidliet għall-Australian Citizenship Act se jkunu introdotti lill-Parlament f’Canberra. Il-Prim Ministru Awstraljan, Tony Abbott, qal li l-liġijiet il-ġodda jistgħu jkunu applikati awtomatikament għal nofs il-120 Awstraljan li qed jiġġieldu għall-kawża terroristika tal-ISIS fir-reġjuni tal-Lvant Nofsani.