Membri tal-istaff tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex u tal-Isptar Karen Grech qed jintalbu jgħidu x’inhuma l-kwalifiki tagħhom fuq livell individwali u personali.
Dan jirriżulta minn mistoqsija parlamentari li għamlet ix-Shadow Minister għas-Saħħa, Claudette Butigieg, lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, Konrad Mizzi, li talbitu jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn membri tal-istaff f’dawn l-isptarijiet qed jintalbu jgħidu x’inhuma l-kwalifiki tagħhom fuq livell individwali u personali.
Il-Ministru Konrad Mizzi wieġeb biss li dan l-eżerċizzju qiegħed isir sabiex id-dipartiment tar-Riżorsi Umani jkollu r-records kompluti.
Għal mistoqsija oħra lill-Ministru Konrad Mizzi, jirriżulta wkoll li hemm 52 social workers jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa.
Il-Ministru Mizzi ma weġibx kif inhuma allokati s-social workers skont l-isptarijiet u health centres differenti.
//= $special ?>