Id-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea talab lill-Ispeaker jinvestiga l-mod kif żewġ Ministri tal-Gvern wieġbu bil-miktub mistoqsijiet parlamentari.
Fil-bidu tas-seduta tal-bieraħ filgħaxija, id-Deputat Nazzjonalista ġibed l-attenzjoni tal-Ispeaker Anġlu Farrugia, u waqt li rrimarka li s-Sedja m’għandhiex kontroll kif jitwieġbu l-mistoqsijiet, talbu jinvestiga l-mod li bihom il-Ministri Joe Mizzi u Konrad Mizzi wieġbu mistoqsija parlamentari.
Id-Deputat Nazzjonalista qal li bil-mod kif ingħataw it-tweġibiet, il-Ministri irredikolaw lil min għamel il-mistoqsijiet.
Il-mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea ressaq mistoqsijiet dwar it-triq prinċipali li mix-Xemxija twassal sal-Mellieħa, u dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
//= $special ?>