Futbol Sport

Leejoe Schembri mistenni jissieħeb ma’ San Ġwann

Hu imminenti li l-attakkant ta’ 19-il sena Leejoe Schembri jissieħeb ma’ San Ġwann fl-Ewwel Diviżjoni.

Schembri hu propjeta’ ta’ Birżebbugia St. Peters imma għall-aħħar tliet staġuni kien misluf lil Sirens. Hu mistenni jiffirma ma’ San Ġwann din il-ġimgħa stess.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).