Lokali

Lill-qattiel ta’ Charleston “xtrawlu burger” għax kien bil-ġuħ

L-Ispettur tal-Pulizija li arresta lil Dylann Roof wara l-massakru ta’ Charleston żvela li l-uffiċjali tal-Pulizija tah ikla b’xejn mingħand Burger King. Dan meta sittax-il siegħa qabel kien għadu kif qatel bla ħniena lil disa’ persuni innoċenti.

Skont l-Ispettur Jeff Ledford, iż-żagħżugħ ta’ 21 sena kien qed jilmenta li hu bil-ġuħ. U għalhekk il-Pulizija xtrawlu chips u burger.

Roof kien għadu kif qatel bla ħniena disa’ persuni fil-knisja Evanġelika ta’ Charleston f’South Carolina, sempliċiment għaliex ried jeqred il-ħajja ta’ persuni li huma suwed.