Internazzjonali

Madwar 700 il-vittmi kawża ta’ mewġa ta’ sħana fil-Pakistan

Fil-Pakistan, kważi 700 persuna mietu kawża tal-mewġa tas-sħana li qed taħkem il-pajjiż. Dan wassal biex il-Prim Ministru Pakistani ħeġġeġ għal miżuri ta’ emerġenza fil-pajjiż. L-Armata Pakistana wkoll qed tassisti fit-twaqqif ta’ ċentri li, fost l-oħrajn, qed jitrattaw lin-nies għall-effetti ta’ heatwave.

Ħafna mill-vittmi tas-sħana huma anzjani li jgħixu ma’ familji bi dħul baxx. L-Uffiċjali tas-Saħħa qalu li ħafna mwiet mis-sħana seħħew f’Karachi, li hi l-akbar belt tal-Pakistan, u fejn it-temperaturi fl-aħħar jiem laħqu massimu ta’ 45 gradi Celsius.