L-attakkant Brażiljan Claudio Antunes Pavlidis Cadu mhux jeskludi li jirritorna jilgħab f’pajjiżna wara esperjenza mill-aqwa ma’ Nadur Youngsters.
Fl-aħħar jiem filfatt xi klabbs lokali wrew interess fil-plejer li fl-istaġun li għadda skurja 33 gowl u ta 13-il assist f’31 logħba ma’ Nadur Youngsters.
Madankollu s’issa għadu ma ntlaħaq l-ebda ftehim għall-plejer, li jista’ saħansitra jkompli l-karriera f’pajjiżu.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

