Il-kowċ Paul Bugeja rritorna mal-klabb tant għal qalbu, Għaxaq F.C., bħala kowċ.
Bugeja kien diġa’ kowċ ta’ Għaxaq fl-2008/09 meta mexxa’ l-iskwadra fit-Tielet Diviżjoni u hu eks plejer tal-istess tim bejn l-1994/95 u l-2001/02 u l-2008/09 u l-2011/12. Bugeja lagħab ukoll għal Santa Luċia bejn l-2002/03 u l-2007/08.
Minbarra Għaxaq, kien ukoll kowċ ta’ Mdina Knights F.C., assistent kowċ ta’ Siġġiewi F.C. u serva fin-nurseries ta’ Luxol St. Andrews, Hibernians, Tarxien Rainbows, SIġġiewi F.C. u Qormi F.C.
Hu mexxa’ wkoll lill-U19s ta’ Melita F.C għar-rebħ ta’ Section B u lill-U17s ta’ Balzan għar-rebħ ta’ Section C.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

