Il-qawwiet Kurdi fit-Tramuntana tas-Sirja qalu li rnexxielhom jaħtfu bażi militari ewlenija lill-ġiħadisti tal-ISIS. Ingħad li l-bażi tinsab lejn it-Tramuntana tal-belt Sirjana ta’ Raqqa, li xhur ilu l-ISIS kien iddikjaraha bħala l-belt kapitali tiegħu.
Ir-rapporti qalu li l-ġellieda mat-Taqsimiet Popolari għall-Protezzjoni tal-Kurdi wettqu l-aħħar suċċess militari waqt li kienu appoġġjati mill-qawwiet tal-ajru taħt it-tmexxija tal-Istati Uniti. Fl-impenn kontra l-ISIS, issieħbu wkoll diversi gruppi oħra ta’ ribelli.
//= $special ?>