Il-goalkeeper ta’ 28 sena Miguel Montfort, li għall-aħħar snin kien ma’ Pieta’ Hotspurs, spiċċalu l-kuntratt mal-klabb.
L-eks goalkeeper internazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kien ingħaqad l-ewwel darba ma’Pieta’ Hotspurs mingħand Valletta fl-2007.
Dan is-sit hu nfurmat li diġa’ kien hemm klabb tal-Premier u oħrajn fl-Ewwel Diviżjoni li wrew interess fih. Madankollu mhux eskluż li Montfort jirritorna ma’ Pieta’.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>


