James Horner, il-kompożitur ta’ Hollywood li kien onorat b’Oscar (Academy Award) għas-sigla mużikali tal-film ‘Titanic’ tilef ħajtu meta ġġarraf b’ajruplan privat lejn it-Tramuntana ta’ Santa Barbara, f’Kalifornja.
Horner, ċittadin Amerikan ta’ 61 sena, ikkompona u kkollabora f’kanzunetti u arranġamenti mużikali oħra (li bihom ukoll kien innominat għall-Oscar) għal films rinomati bħal ‘Avatar’, ‘Troy’, ‘A Beautiful Mind’, ‘Apollo 13’, ‘Braveheart’, ‘Field of Dreams’ u ‘Aliens’.
Hu kien rebaħ l-Oscar għall-film score tat-‘Titanic’ minbarra l-Oscar għall-kanzunetta ‘My Heart Will Go On’ (kantata minn Celine Dion) li pprovdiet it-tema tal-istess produzzjoni.
//= $special ?>