Lokali

Barrani jinstab midrub f’vann

Ritratt mill-Arkivji

Barrani kellu jiddaħħal l-isptar Mater Dei wara li nstab midrub f’vann kmieni dalgħodu fi Triq Aldo Moro fil-Marsa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30am u r-raġel instab midrub fuq in-naħa tal-passiġġier tal-vann, li skont informazzjoni tal-Pulizija, kellu diversi ħsarat f”service road’ fi Triq Aldo Moro.

Hu nħareġ mill-vettura minn tim mediku bl-għajnuna ta’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-barrani ttieħed l-isptar Mater Dei fejn ġie ċertifikat li mhuwiex f’qagħda kritika.

Il-Pulizija qalet li l-investigazzjonijiet għadhom qed isiru mill-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun u ta’ Raħal Ġdid biex ikun stabbilit x’wassal għal dan u min aktar seta’ kien involut fil-każ.

Ritratt: Arkivji