Internazzjonali

Ċina: Sekwestrat b’nofs biljun ewro f’laħam skadut mill-1970

Kważi nofs biljun ewro f’laħam, li parti minnu kien ilu ffriżat għal iktar minn 40 sena, ġie sekwestrat fiċ-Ċina. Fost l-oħrajn instabu mal-100,000 tunellata fi ġwienaħ tat-tiġieġ, ċanga u majjal mxerrdin f’14-il provinċja, li kienu qed jinbiegħu għall-ikel.

Is-sejba saret minn uffiċjali tad-dwana wara li bdiet operazzjoni kbira kontra gruppi tal-kutrabandu. Fl-istess rejds li saru fl-aħħar sigħat, ġew arrestati madwar 20 persuna suspettati li kienu qed imexxu dan il-kutrabandu.
Il-laħam instab moħbi f’numru ta’ kontejners li lanqas biss kienu mgħammra bi friża bl-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż. Dan wassal biex il-laħam, li kien intenzjonat li jinbiegħ għall-ikel, beda jinten u jiffermenta.