Birkirkara u l-attakkant Brażiljan ta’ 32 sena Rafael Ledesma jinsabu f’diskussjonijiet sabiex jiġġedded il-kuntratt ta’ bejnithom. Preżentament il-plejer qed jitħarreġ mat-tim madankollu għadu ma ffirmax kuntratt ġdid ma’ Birkirkara.
Ledesma mhux mistenni jilgħab fl-ewwel partita li Birkirkara għandhom fl-Ewropa għaliex għandu injury pero jidher li l-klabb se jkun qed jerġa’ jkollu lil dan l-attakkant fost l-għażla tal-barranin tiegħu fl-iskwadra ta’ Giovanni Tedesco wara li fl-ewwel staġun tiegħu f’Malta skorja xejn inqas minn 13-il gowl fil-Kampjonat Premier.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

