Il-festival ta’ Yulin fiċ-Ċina, fl-inħawi ta’ Guangxi, qed ilaqqa’ lil dawk li jħobbu l-annimali domestiċi speċjalment il-klieb ma’ dawk li jqisu l-laħam tal-kelb bħala laħam fin.
Mit-Tnejn li ġej jibda l-festival annwali li ta’ kull sena li jservi l-laħam ta’ madwar 10,000 kelb. Imma waqt li s-segwaċi ta’ dan l-avveniment qed jinġabru fil-belt ta’ Yulin, membri dejjem jiżdiedu ta’ għaqdiet favur il-ħarsien tal-annimali qed isemmgħu leħinhom kontra din il-prattiċi antika.
Ħafna attivisti qed jinsistu li l-klieb li jissajru f’dan il-festival, jinsterqu minn djar li fihom jgħixu mal-familji u jiġu ttrasportati eluf ta’ kilometri ’l bogħod f’gaġeġ żgħar mingħajr ikel u ilma. Qed jisħqu mal-awtoritajiet tas-saħħa li l-klieb qed jispiċċaw jimirdu hekk kif mistennija jippreżentaw petizzjonijiet biex din il-prattiċi tinqata’.
Skont stħarriġ li sar minn Euribor, fiċ-Ċina hemm mal-130 miljun kelb imma li minnhom madwar 27 miljun huma annimali domestiċi fi nħawi urbani.
Xi wħud qed isostnu li d-drawwa tal-laħam tal-kelb qed tonqos fil-popolarità u li, imqabbel ma’ 10 snin ilu, hemm ħafna inqas nies li jidhru joqtlu klieb għat-tisjir fl-inħawi ta’ Beijing. Fi Guangzhou, magħrufa għad-drawwiet eżotiċi marbuta mal-ikel, ristorant rinomat għal-laħam tal-klieb għalaq wara 51 sena.
//= $special ?>