Liverpool akkwistaw lill-attakkant Roberto Firmino mingħand il-klabb Ġermaniż ta’ Hoffenheim. Firmino li għandu 29 sena iffirma kuntratt ta’ ħames snin u hu mifhum li r-Reds ħallsu s-somma ta’ madwar 29 miljun lira sterlina. Bħalissa Firmino jinsab fiċ-Ċile fejn qed jirrappreżenta lil pajjiżu fil-Copa America. Ma’ Hoffenheim Firmino lagħab 151 partita li fihom skurja 47 gowl. Jekk wieħed iħares lejn l-istatistika jinnota li Firmino hu t-tieni l-aktar plejer fl-istorja li ħallsu għalih Liverpool wara Andy Carroll li kien ingħaqad magħhom mingħand Newcastle fl-2011.
Ta min jiftakar li Liverpool diġa’ akkwistaw lill-attakkant Danny Ings, lill-gowlkiper Adam Bogdan, lid-difensur Joe Gomez u lill-midfielder James Milner
//= $special ?>
