Erin Tanti, l-għalliem tad-drama li kien ilu 15-il xahar miżmum il-ħabs b’rabta mal-mewt tat-tfajla Lisa-Maria Zahra, ingħata l-ħelsien mill-arrest bil-ħlas ta’ €20,000 depożitu u garanzija personali ta’ €50,000.
Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena qed jinsisti li mhux ħati għall-mewt tat-tfajla ta’ 15-il sena, li seħħ fid-19 ta’ Marzu 2014, li għenha twettaq suwiċidju, li kellu x’jaqsam sesswalment magħha u li kien fil-pussess ta’ ritratti mhux diċenti tal-minorenni.
L-Imħallef Antonio Mizzi ordna lil Tanti biex jiffirma fl-għassa ta’ San Ġiljan, kuljum, u li jkun lura d-dar bejn it-8.00pm u s-7.00am.
F’Marzu li għadda, l-Imħallef Michael Mallia kien ċaħad il-ħelsien mill-arrest wara li l-Avukat Ġenerali kien wera l-objezzjoni tiegħu għall-biża’ li Tanti jaħrab mill-pajjiż.
Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ hi mmexxija mill-Ispetturi Keith Arnaud u Josric Mifsud. L-avukati ta’ Erin Tanti huma Michael u Lucio Sciriha.
//= $special ?>

