Fl-aħħar żvolta marbuta mal-gowlkiper internazzjonali Malti Henry Bonello, Replay hu infurmat li Hibernians il-bieraħ infurmaw lil Sliema li m’humiex se jżommu lil Bonello u l-gowlkiper se jkun qed jerġa’ jirritorna ma’ Sliema Wanderers ladarba dan kien misluf lil Hibernians l-istaġun li għadda.
Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li kif ħabbar esklussivament Replay dalgħodu, Hibernians mistennija jħabbru l-akkwist ta’ Matthew Towns bħala gowlkiper. Hu mifhum li Hibernians se jkunu qed jagħtu aktar fiduċja fil-gowlkiper numru wieħed tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, Jurgen Borg hekk kif dan se jkun qed jiġi mgħejjun mill-Brittaniku Towns.
Id-deċiżjoni li Bonello ma jinzamx tasal bħala sorpriża għal ħafna speċjalment wara li sena llu Hibernians kienu għelbu l-isfida ta’ Birkirkara għall-firma ta’ Bonello u aktar kmieni f’din il-kampanja akkwisti, Valletta kienu esprimew interess f’Bonello ma’ Sliema. Madankollu Valletta issa laħqu ħadu deċiżjoni dwar il-gowlkiper u se jkollhom lill-Ukren Oleksandr Musiyenko.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

