Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti tal-lum l-Erbgħa, 24 ta’ Ġunju.

IN-NAZZJON bi storja dwar uffiċjali tas-sigurta’ li ddaħħlu jaħdmu fil-Freeport.

Il-gazzetta MALTA TODAY tgħid illi l-eks Spettur Daniel Zammit kien responsabbli milli jinvestiga lin-nies involuti fl-iskandlu tal-ismart meters. F’aħbar separata, naqraw illi William Mangion kellu l-kuntratt tiegħu imġedded mill-Gvern, biex issa jgħin lill-bands jorganizzaw kunċerti.

THE TIMES OF MALTA tiżvela kif l-eks Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit kien għadda il-file personali tal-Ispettur Elton Taliana lill-gazzetta MaltaToday. Il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data qal li din kienet azzjoni serja ħafna, tant li l-Korp ġie immultat.

THE MALTA INDEPENDENT b’rapport dwar ir-rabja fost il-ħaddiema tad-De La Rue wara li l-GWU neħħiet numru ta’ klawsoli mill-ftehim kollettiv li ġie iffirmat.

L-ORIZZONT jikkwota lill-Ministru Anton Refalo jgħid illi f’Għawdex ir-rota “qed iddur sew”.