Futbol Sport

Il-holders jeliminaw lill-Olanda

Il-Ġappun, holders tat-Tazza tad-Dinja kisbu rebħa ta’ 2-1 biex eliminaw lill-Olanda u għaddew għall-kwarti tal-finali fejn issa jilagħbu kontra l-Awstralja li minn naħa tagħhom ħasdu lill-Brażil. Ir-rebħa li kisbu l-Ġappuniżi kienet waħda meritata u l-gowl tal-Olanda wasal biss fl-aħħar sekondi.

It-tim Asjatiku kellu bżonn biss 10 minuti biex mar fil-vantaġġ hekk kif Saori Ariyoshi skurjat minn rebound wara li daqqa ta’ ras ta’ Yuki Ogimi kienet laqtet il-lasta.

Minn hawn ‘il quddiem il-Ġappuniżi komplew jiddominaw u ma kien hemm l-ebda reazzjoni tal-Awstralja. Qabel tmiem l-ewwel taqsima dawn kellhom ċans iżidu mal-iskor permezz ta’ Sameshima u Ohno imma t-tnejn li huma tefgħu l-ballun barra.

Fit-tieni taqsima l-Olanda kienu ferm viċin li jġibu d-draw meta Ayumi Kaihori salvat ballun minn fuq il-linja u minuti wara l-Ġappun irduppjaw permezz ta’ Mizuho Sakaguchi li skurjat b’xutt minn tarf il-kaxxa. Van Den Ven skurjat il-gowl tal-banidera fl-aħħar sekondi.