It-timijiet nazzjonali Maltin li qed jirrappreżentaw lil pajjiżna fi Blackpool fl-Ingilterra komplew minn fejn ħallew waqt il-kampjonati mondjali tal-Pool u diversi plejers ikkwalifikaw għar-rawnd li jmiss fil-kategorija rispettiva tagħhom.
Il-ġurnata tal-bieraħ kienet l-aktar iddedikata għall-kategoriji individwali.
Fil-kategorija ta’ l-irġiel erba’ plejers Maltin, Clayton Attard, Ray Caruana, Johan Attard u Duncan Pisani ikkwalifikaw għat-tielet fażi filwaqt li Anton Cuschieri, Antione Aquilina u Duncan Pisani għaddew għal mal-aħħar 64.
Fil-kategorija taż-żgħażagħ ta’ taħt it-18-il sena Wayne Farrugia, Dejan Grech u Owen Amato ikkwalifikaw mal-aħħar sittax. It-tim Malti ta’ l-istess kategorija kiseb rebħa oħra ta’ 13-12 kontra l-Irlanda. Dylan Cassar ikkwalifika għall-kwarti tal-finali tal-kategorija individwali.
It-tim Malti ta’ taħt it-23 sena għeleb lill-Afrika t’Isfel bi skor ta’ 5-4. Illum Brian Grech ikun impenjat fil-kwarti tal-finali tal-Over 50.
//= $special ?>

