Lokali

Il-PN jibqa’ favur il-ħajja u kontra l-abort

Il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista kienet u għadha ċara … favur il-ħajja u kontra l-abort. Dan diġà ġie ddikjarat minn Kelliem tal-Partit meta mistoqsi mill-ġurnal The Times f’rapport ippubblikat fil-ħarġa tal-lum tal-ġurnal.

Dan qalu l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija, biex tikkummenta għal stqarrija maħruġa aktar kmieni mill-għaqda Gift of Life. Il-Partit Nazzjonalista qal li l-fatt li membru tal-MŻPN għandu fehma personali differenti dwar din il-kwistjoni, ma jfissirx li l-pożizzjoni tal-Partit inbidlet.

L-istess membru tal-MŻPN għamilha ċara li din hi l-fehma personali tiegħu u li hu jifhem li l-pożizzjoni tal-Partit dwar l-abort hi differenti minn tiegħu. Min-naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista sostna li mhux se jikkastiga lil dan il-membru minħabba l-fehma personali tiegħu dwar dan is-suġġett.