Ir-Reġina Eliżabetta II tista’ tiċċaqlaq ‘il barra minn Buckingham Palace sakemm ikun għaddej il-proġett ta’ rinnovament f’dan il-bini storiku fil-qalba ta’ Londra.
Rapporti fil-media Ingliża qed jindikaw li f’Buckingham Palace se jsiru xogħlijiet fuq is-sistema tal-ilma u anke d-dawl tal-Palazz kollu. L-aħħar li sar xi xogħol ta’ manutenzjoni maġġuri kien fis-sena 1952.
Il-proġett ta’ restawr se jiswa’ madwar 150 miljun lira sterlina.
//= $special ?>