Jamal Mifsud ftit tal-jiem ilu sab mowbajl li jiswa’ l-flus fir-ramel tal-bajja fejn jaħdem, fil-Bajja tal-Mixquqa magħrufa l-aktar bħala Golden Bay. Seta’ żammu. Ħadd ma kien jinduna.
Imma Jamal ma ħassx li kien sew. Ġabru u tah lill-imgħallem. Ftit wara sid il-mowbajl, tifel, ġabar lura l-mowbajl.
Il-ġest ta’ Jamal, Libjan li ilu f’malta għal 14-il sena, miżżewweġ Maltija u għandu tifel ta’ erba’ snin, tant kien apprezzat li omm it-tifel fuq Facebook faħħret pubblikament dan l-att.
Imma ġimgħa qabel għal Jamal kienet differenti. Grupp ta’ studenti żgħażagħ Taljani u Franċiżi, fil-maġġoranza tagħhom fis-sakra, bdew jaqbżu fuq is-sundeck tal-bajja u għamlu l-ħsara.
Jamal, li hu impjegat tal-kumpanija li toffri s-servizz ta’ sundecks f’din il-bajja, mar iwaqqafhom imma spiċċa aggredit u mgħajjar minħabba l-kulur tal-ġilda tiegħu.
Kienu l-Maltin prezenti fl-istess bajja li qabżu għal Jamal u għenuh f’dan il-mument diffiċli.
//= $special ?>

