Futbol Sport

Jean Pierre Portanier maħtur kowċ tan-nisa ta’ Birkirkara

Birkirkara F.C. ħatru lil Jean Pierre Portanier bħala l-kowċ tal-iskwadra tan-nisa għat-tlet staġuni li jmiss. Hu jieħu post Johann Scicluna.

Dan se jkun ritorn għal Portanier fil-futbol tan-nisa, wara li fil-passat mexxa’ lil Melita u Raiders.

Jean Pierre Portanier għandu esperjenza twila ta’ kowċ anke’ fil-futbol tal-irġiel. Hu mexxa’ għal tmintax-il sena sħaħ ma’ Melita, fejn kien fit-tmexxija tal-kategoriji kollha, kif ukoll l-U19s ta’ Mġarr F.C. għal tliet staġuni u tliet staġuni oħra bħala kowċ ta’ Ta’ Xbiex.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).