Lokali

Kuntratt ieħor għal William Mangion

Wieħed mill-uċuħ ewlenin tal-kampanja elettorali Laburista tal-2013 reġa’ ingħata kuntratt ieħor mill-Gvern preżenti.

Il-kantant William Mangion ingħata estensjoni tal-kuntratt tiegħu b’sena sabiex jieħu ħsieb jikkordina kunċerti għall-bands. Dan il-kuntratt ifisser dħul ta’ €20,000.

Oriġinarjament, Mangion kellu jkun il-persuna li jsib garaxxijiet għall-bands – iżda f’sena ma sabx garaxx wieħed, u l-Gvern se jkun qed jalloka spazju għall-bands fil-post fejn se jsir il-Villaġġ tal-Karnival.

William Mangion kien ilu sentejn jipprova jsib dawn il-garaxxijiet, bil-kuntratt tiegħu jagħlaq fi Frar li għadda.

Mal-MaltaToday, il-Ministru Owen Bonnici ikkonferma li issa xogħol William Mangion se jkun li jipprovdi support loġistiku lill-Kunsill Malti għall-Arti, bil-għan li jiġu organizzati avvenimenti mużikali u festivals.