Il-klabb ta’ Marsaxlokk F.C. għaddej minn problemi kbar interni u teżisti l-possibilta’ reali li l-klabb ikun xolt. Dan għaliex għada se ssir l-aħħar laqgħa tal-Kunsill tal-MFA u l-kumitat tal-klabb għadu mhux iffurmat.
Dan is-sit hu nfurmat li fl-aħħar jiem diġa’ saru tentattivi simili biex tieqaf topera n-nursery tal-klabb, xi ħaġa li sabet oppożżizzjoni kbira minn xi membri tal-kumitat.
Xi ġimgħat ilu diġa’ ħarġet fil-pubbliku l-firda interna u kbira fil-klabb meta l-eks segretarju u membru ta’ Marsaxlokk, Daniel Zerafa, pubblikament ħabbar li l-kumitat ma kienx innotifika lill-membri meta se jsur l-AĠM tal-klabb.
Marsaxlokk kienu rebħu l-Kampjonat Premier tal-2006/07 wara sensiela ta’ akkwisti u prestazzjonijiet mill-aqwa.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>
