Futbol Sport

Matthew Towns mistenni jkun il-goalkeeper ġdid ta’ Hibernians

Il-gowlkiper Brittaniku Matthew Towns mistenni jkun konfermat bħala goalkeeper ġdid ta’ Hibernians.

Barra minn hekk, Towns se jkun reġistrat ukoll bħala Physical Trainer kif ukoll membru fl-istaff tekniku tal-klabb. Towns mistenni jgħin lill-kowċ Branko Nisevic mhux biss fil-parti fiżika tat-tim iżda anke fir-rwol ta’ wieħed mill-kowċis.

Sorsi infurmati sew żvelaw ma’ dan is-sit li Towns irrifjuta numru ta’ offerti li kellu minn barra minn Malta, fothom offerta minn Ġibilta.

Ilbieraħ filgħaxija Towns tħarreġ għall-ewwel darba ma’ Hibernians. L-istaġun li għadda Towns rebaħ il-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni ma’ San Ġwann fejn kien kemm goalkeeper kif ukoll kowċ tal-goalkeepers.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).