Lija Athletic F.C. ħatru lil Michael Mangion bħala l-kowċ tal-U19s kif ukoll assistent kowċ tal-iskwadra ewlenija, immexxija mill-kowċ Brian Spiteri.
Mangion hu eks plejer tal-istess Lija Athletic, u magħhom saħansitra rebaħ il-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni fl-2010/11.
Hu mhux ġdid lanqas għax-xena tal-coaching hekk kif mexxa’ għal żewġ staġuni konsekuttivi lill-istess U19s fl-istaġun 2010/11 u 2011/12 f’Section C.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

