Jitnieda s-sit www.tappintomalta.com
Aktar minn qatt qabel, Malta qed tiġi kkunsidrata bħala destinazzjoni lussuża, u nies minn madwar id-dinja saru jiġu hawn kemm biex jirrilassaw għall-ftit jiem, kif ukoll biex jgħixu fi gżiritna. Fil-fatt, ta’ kull sena, mijjiet ta’ barranin qed jiġu jgħixu Malta, iżda kif jaf kull min iċċaqlaq minn pajjiż għall-ieħor, l-isfidi li dawn jiffaċċjaw huma uniċi.
Dan hu l-iskop tas-sit www.tapintomalta.com li ġie mniedi ftit tal-ġimgħat ilu u li jipprovdi għarfien uniku fuq dawk l-affarijiet li wieħed għandu jkun jaf qabel jiċċaqlaq minn pajjiż għall-ieħor. Isabel Tapp, persuna rinomata fl-isfera tal-ospitalita’ lussiża u li tmexxi kumpanija tal-PR f’Dubai u li hi waħda mill-imħuħ wara dan il-proġett, tinsisti li bħala persuna li għexet f’diversi pajjiżi madwar id-dinja, hi tifhem l-isfidi li jiffaċċjaw nies li jmorru jgħixu f’pajjiż barrani.
Is-sit diġa qed jiġbed ammont sostanzjali ta’ ‘hits’ kull xahar, kemm minn nies li ġew Malta minn xi pajjiż ieħor, kif ukoll minn Maltin stess li qed iffittxu informazzjoni fuq ditti u servizzi disponibbli f’Malta. Is-sit joffri ukoll artikli dwar is-safar u nies bi stejjer interesanti.
“L-għan hu li nagħtu lill-qarrejja tagħna pariri siewja fuq fejn jistgħu isibu ditti, prodotti u servizzi speċifiċi ġewwa Malta,” tgħid Isabel Tapp, li bdiet il-kumpanija ma’ George Turns.
“Kull min jidħol fuq is-sit ser isib informazzjoni affidabbli, post fejn jista’ jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu, u pjattaforma li tħallih jinteraġixxi ma’ nies oħra. Apparti minn dan, hemm ukoll ammont ta’ artikli interessanti fuq stili ta’ ħajja differenti, l-ivvjaġġar, u l-esperjenzi uniċi ta’ numru ta’ nies.”
Dan is-sit jagħti wkoll aċċess għal informazzjoni minn konsulent professjonali b’aktar minn 25 sena esperjenza fl-industrja, li matul is-snin ġiet inkarigata minn kumpaniji internazzjonali. Tappintomalta issa se tissieħeb ma’ kumpaniji Maltin sabiex tkompli tattira konsumaturi ġodda.
Kumpaniji Maltin li jixtiequ jingħataw aktar informazzjoni, huma mitluba jikkuntattjaw lil Isabel Tapp fuq info@tappintomalta.com
//= $special ?>