Lokali Parlament

Sitt konsulenti mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma

Irduppjat ukoll in-numru ta’ periti

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha sitt persuni impjegati fil-karigi ta’ konsulenti, persons of trust jew special advisor. Fl-aħħar sentejn u xahrejn, il-Korporazzjoni wkoll irduppjat in-numru ta’ periti għal tmien periti.

Dan ikkonfermah il-Ministru Konrad Mizzi, resposnabbli mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma meta wieġeb mistoqsija tax-Shadow Minister Marthese Portelli li staqsiet ukoll lill-Ministru Mizzi jgħid min huma dawn il-konsulenti, x’inhu s-salarju tagħhom u x’perkaċċi jgawdu. Għal dawn l-aħħar mistoqsijiet, il-Ministru Mizzi ma ta ebda informazzjoni.

Jirriżulta wkoll minn aktar tweġibiet li ta l-Ministru Konrad Mizzi lix-Shadow Minister Marthese Portelli, li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha żewġ Quantity Surveyors, li t-tnejn daħlu qabel l-1 ta’ Marzu 2013. Quantity Surveyor irtirat iżda reġa’ ġiet ingaġġat mal-Korporazzjoni fuq kuntratt definit u fuq bażi part-time fi Frar 2014. Ix-xogħol tiegħu hu li jikkordina x-xogħlijiet mal-Kunsilli Lokali.

Filwaqt li mill-elezzjoni ta’ Marzu tal-2013 sal-aħħar ta’ Mejju li għadda kienu impjegati 167 ħaddiem ġdid mal-Korporazzjoni, m’hemm ebda policy dwar impjiegi ta’ persuni mill-istess familja.