Internazzjonali

Tobba jwissu li skinny jeans huma ħżiena għas-saħħa

Awstraljana ta’ 35 sena spiċċat titkaxkar fl-art f’Adelaide Park f’nofs ta’ lejl titkarrab għall-għajnuna wara li skinny jeans li kienet liebsa waqqfulha ċ-ċirkolazzjoni tad-demm f’saqajha, inxteħtet fl-art u ma kelliex iżjed saħħa tqum.

Finalment il-mara rnexxielha ssejjaħ taxi li wasslitha sal-isptar biex tingħata l-kura. L-infermiera kellhom jaqtgħu l-jeans, li tant kienu ssikkati, u qattgħet jiem tirkupra l-isptar.

L-istorja ħarġet sigħat biss wara li tobba internazzjonali wissew li jean sli jkunu nkaxxati ma’ saqajn dak li jkun jikkawżaw dannu għall-muskoli u n-nervituri tas-saqajn, speċjalment meta persuna tkun ilha titbaxxa.