Futbol Sport

Uffiċjali: Fabrizio Miccoli jiffirma kuntratt ma’ Birkirkara F.C.

Birkirkara kkonkludew it-trasferiment tal-attakkant Taljan Fabrizio Miccoli, li se jkun qed jilgħab f’pajjiżna mal-Istripes. Il-firma tal-plejer, li ntrabat b’kuntratt ta’ sena, waslet ftit tal-ħin ilu wara ġimgħat twal ta’ diskussjonijiet.

Ħabbar dan il-President tal-klabb Dr. Adrian Delia f’post fuq Facebook, fejn kiteb hekk: “Quando uno si nasce giallo rosso, Sempre rimangono I colori nel cuore, Benvenuto Fabrizio.”

Miccoli għandu 35 sena u riċentament kien qed jilgħab mal-Lecce fil-Lega Pro. Fil-passat lagħab ukoll ma’ numru ta’ klabbs fosthom Casarano, Ternana, Juventus, Perugia, Fiorentina, Benfica u Palermo.

Lagħab ukoll mal-italja fil-livell ta’ taħt it-18-il sena, taħt il-21 sena u mal-iskwadra ewlenija.