L-eks Spettur Daniel Zammit, li ġie boarded out mill-Korp tal-Pulizija f’rekord ta’ erbat ijiem, u li wara ingħata xogħol mal-Enemalta b’salarju ta’ sittin elf ewro fis-sena, kien l-istess spettur fdat biex iressaq il-Qorti lil dawk kollha involuti fit-tbagħbis tal-ismart meters.
Fl-aħħar jiem, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qajjmet mistoqsijiet dwar il-mod kif Zammit ġie boarded out mill-Korp tal-Pulizija f’temp ta’ ftit jiem u wara ftit ingħata impjieg mal-enemalta.
Fi storja ppubblikata fil-ġurnal MaltToday issa gie żvelat li Zammit kien responsabbli mill-prosekuzzjoni ta’ persuni akkuzati b’tixħim ta’ impjegati tal-Enemalta biex ibgħabsu l-ismart meters.
Daniel Zammit hu t-tifel tal-eks-Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit. Ray Zammit kien Aġent Kummissarju fl-istess żmien meta ibnu ġie nkarigat mill-prosekuzzjoni ta’ kull min kien involut fit-tbagħbis tal-ismart meters.
Meta l-eks Spettur Daniel Zammit kien inkarigat bil-prosekuzzjoni ta’ persuni li bagħbsu l-ismart meters, kienu tressqu ftit uffiċjali tal-Enemlta flimkien ma’ 25 persuna biss il-Qorti akkużati li xaħħmu uffiċjali tal-Enemalta, dan minkejja li l-Gvern kien iddikjara li kien hemm madwar 1,000 smart meter li kienu gew imbgħabsa.
//= $special ?>

