Iż-żagħżugħ ġie ċċertifikat li qed isofri minn feriti ħfief. Ix-xufier l-ieħor ma sofra l-ebda feriti. It-triq issa hi miftuħa għat-traffiku.
Aktar kmieni …
7.40am: Żagħżugħ ta’ 29 sena minn Ħal Qormi weġġa wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bejn żewġ karozzi f’Ħaż-Żabbar. Il-ħabta seħħet fis-6:35 am fi Triq Hompesch.
Waħda mill-karozzi kienet qed tinstaq miż-żagħżugħ, u l-oħra minn raġel ta’ 38 sena minn Marsaskala.
Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, u l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa. Ir-raġel kien qiegħed isuq karozza Citroen, filwaqt li ż-żagħżugħ kien qed isuq vettura tat-tip Toyota Starlet.
Bħalissa waħda mill-karreġġjati fid-direzzjoni ta’ Ħaż-Żabbar tinsab magħluqa għat-traffiku.
//= $special ?>

