Internazzjonali

Aktar problemi legali għal Berlusconi

Prosekuturi f’Napli talbu li l-eks-Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi jiġi kkundannat ħames snin ħabs minħabba l-akkuża li fl-2006 xaħħam Senaturi avversarji. Dan biex jissieħbu miegħu u jaqa’ l-Gvern tal-Prim Ministru Romano Prodi.
Il-verdett hu mistenni għat-8 ta’ Lulju.
Sadattant, Berlusconi kien ordnat ukoll iħallas l-eksmara tiegħu Veronica Lario 1.4 miljun ewro f’manteniment kull xahar bħala parti mid-divorzju tagħhom. Il-koppja kienet ilha miżżewġa 25 sena qabel ma ddivorzjat fl-2014. Qabel is-sentenza, Berlusconi kien qed ikollu jħallas tliet miljun ewro kull xahar f’manteniment.