Il-proġett tal-Power Station tal-gass li l-Gvern ta’ Ġibiltà ħabbar lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet qed iqajjem kontroversja sħiħa f’dan it-territorju Ingliż. Dan hekk kif il-ġurnali lokali qed isostnu li impjant tal-LNG iġib miegħu riskji kbar għar-residenti ta’ Ġibiltà.
Il-gazzetta Gibraltar Chronicle irrappurtat li l-għaqda Environmental Safety Group ta’ Ġibiltà qed tinsisti li mhux se tagħti l-appoġġ tagħha għall-użu tal-LNG. Min-naħa tagħha, l-organizzazjoni Lloyds Register diġà kkonkludiet rapport li juri biċ-ċar li l-LNG iġib miegħu livell ta’ riskju inaċċettabbli.
L-LNG hu l-istess fuel li se jintuża’ fil-Power Station il-ġdida ta’ Delimara.
//= $special ?>