Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil bħalissa jinsab fi Brussell hekk kif kien qed jattendi għal summit tal-Partit Popolari Ewropew li qed isir bi tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew. Il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew se ssir għada.
Għal dan is-summit qed jattendu mexxejja ta’ Gvernijiet u partiti politiċi li huma membri fil-Partit Popolari Ewropew (PPE).
Fost il-mexxejja Ewropej li qed jattendu għal dan is-summit hemm il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy kif ukoll numru ta’ mexxejja Ewropej fosthom il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker.
//= $special ?>