Lokali

Il-Labour mhux jaqra s-sinjali taż-żminijiet – l-Editorjal ta’ The Times

Il-Labour mhux jaqra s-sinjali taż-żminijiet. Dan hu t-titlu li għażel l-Editur għall-Editorjal fil-ħarġa tal-lum ta’ The Times of Malta. L-Editorjal jiffoka fuq il-kontroversja taż-Żonqor u l-fatt li l-Gvern mhux jisma’ lin-nies.

Dan kollu juri li l-Gvern Laburista mhux jaqra s-sinjali taż-żminijiet. L-Editur isostni li kieku l-Gvern kien predispost li jisma’, kien jirreaġixxi b’mod differenti għall-għajta tan-nies kontra l-iżvilupp f’Żonqor.

Dan għaliex il-ftit spazju miftuħ li fadlilna hu tant prezzjuż, li ma nistgħux nibnu fuqu, sostna l-Editur ta’ The Times.