Ġellieda tal-ISIS attakkaw il-belt Sirjana ta’ Kobane, xhur wara li kienu tkeċċew mill-inħawi waqt battalja simbolika.
L-attivisti f’din iz-zona rapportaw splużjonijiet ta’ vetturi-bomba u konfronti kontinwi bejn l-ISIS u l-Kurdi li qed jiddefendu l-inħawi, filwaqt li għexieren ta’ persuni spiċċaw tilfu ħajjithom. Intant, il-ġiħadisti tal-ISIS qatlu wkoll mill-inqas 20 persuna f’villaġġ fil-viċinanzi ta’ Kobane.
L-ISIS, fl-aħħar jiem, sofra sensiela ta’ telfiet militari kontra l-qawwiet tal-Kurdi, iżda l-ġiħadisti irnexxielhom jaħtfu partijiet ta’ Hassakeh, li hi belt strateġika lejn il-Grigal tas-Sirja. Hu minnu li l-ISIS ilu x-xhur jipprova jaħtaf il-kontroll f’Hassakeh, li tinsab xi 270 kilometru lejn il-Lvant ta’ Kobane u li għandha man-nofs miljun resident.
Kobane lura fil-mira tal-ISIS
