Kunsilli Lokali Lokali

L-Enemalta taqta’ d-dawl tal-għassa tas-Swieqi u ċ-Ċentru Ċiviku

Residenti fis-Swieqi li jridu jagħmlu kuntatt mal-Kunsill Lokali jew mal-għassa tal-Pulizija ilhom mill-bieraħ ma jistgħux jagħmlu dan għaliex il-Gvern qata’ l-provvista tad-dawl. B’riżultat ta’ dan, it-telefowns mhux jaħdmu.

Dan is-sit huwa nfurmat li l-Enemalta qatgħu d-dawl taċ-Ċentru Ċiviku tas-Swieqi li fih hemm ukoll l-għassa. U saħansitra, mingħajr ebda pre-avviż, qalgħu anke l-arloġġ tad-dawl.

Il-provvista tal-elettriku ilha maqtugħa mit-8am tal-bieraħ.

Il-qtugħ tad-dawl ħarba għal kollox ix-xogħol tal-Kunsill bil-laqgħa li saret l-Erbgħa filgħaxija kellha tintemm fi dlam ċappa.